Il-21 ta’ Marzu, apparti l-bidu ta’ staġun ġdid; ir-rebbiegħa, jiġi makkar ukoll il-jum dinji għad-down syndrome. Iż-żeffiena u l-personalita’ popolari Annalise Ellul stqarret kemm din id-data hija ġurnata speċjali għall-familja tagħha.

Annalise fakkret sabiex illlum min jista’, jilbes kalzetti ma jaqblux. Dan il-ġest ikun qed ifisser li qed tgħin biex tqajjem aktar kuxjenza u għarfien dwar dan il-jum dinji ddedikat għad-down syndrome. ”Luca, kemm aħna kburin li aħna l-ġenituri tiegħek” – temmet tgħid Annalise, lil binha, f’kitba li kitbet fuq il-pjattaforma tagħha ta’ facebook.
