Ħadd ma jaf fiċ-ċert għala din il-ġurnata titqies bħala waħda misħuta minn ħafna nies.
Hija possibbiltà li l-għeruq ta’ din is-superstizzjoni oriġinaw mill-Bibbja.
Hemm oħrajn li jemmnu li n-numru 12 huwa numru komplet hekk kif hemm 12 -il xahar fis-sena, 12 -il appostlu, 12 -il tribu f’Iżrael fost oħrajn. Apparti minn hekk huwa mifhum li Kristu miet fil-ġurnata tal-Ġimgħa.
Din il-ġurnata tħalli impatt fuq ċerti ekonomiji hekk kif huwa stmat li n-negozji fl-Amerka jitilfu $900 miljun hekk kif ħafna nies superstizzjużi jibżgħu jmorru għax-xogħol, jivjaġġaw jew jagħmlu xirjiet kbar.
Inzerta wkoll li l-qamar ser ikun kwinta. Il-fatt li l-qamar kwinta nzerta fil-ġurnata tal-Ġimgħa tat-13 tax-xahar huwa fenomenu rari. Fis-sena 2000 kienet l-aħħar darba li ġrat u mhux ser nerġgħu narawh qabel ma jgħaddu tletin sena oħra.
Minkejja li ħafna nies huma xettiċi fuq din il-ġurnata, ħadd ma jista’ jiċħad il-fatt li ġraw traġedji li għadna ngħidu bihom sal-ġurnata tal-lum. Fosthom hemm il-ġurnata li għereq il-Costa Concordia (2012), kien miet il-leġġenda tar-Rap Tupac Shakur (1996) u ajruplan li kellu fuqu t-tim tar-rugby tal-Urugwaj iġġarraf meta ħabat mal-muntanji Andes wara li sparixxa matul il-lejl (1972)