F’jum pjuttost msaħħab, fuq l-airwing ta’ Ħal Kirkop, kienu għexieren ta’ Maltin li kkonkorrew mal-familji tagħhom matul il-ġurnata tas-Sibt li għadda, għall-Open Day tal-Forzi Armati ta’ Malta. Jum speċjali mtella’ sabiex il-pubbliku jkun jista’ jifhem aħjar fiex jikkonsisti x-xogħol ta’ suldat.
Kienu bosta l-ajruplani u ħelikopters esibiti, fosthom l-aktar akkwist reċenti tal-armata – l-ajruplan King Air.
Ma kienux biss l-adulti li apprezzaw il-wirja tal-għodda u l-makkinarju użati mill-armata, iżda anke t-tfal li kellhom iċ-ċans li jaraw b’għajnejhom dak li qabel kienu biss semgħudwaru.
Preżenti ukoll kien hemm id-dilettanti tal-avjazzjoni li attendaw b’entużjażmu.
Il-pubbliku kellu wkoll l-opportunità li jifhem u japprezza x-xogħol li jagħmlu l-Forzi Armati ta’ Malta mhux biss f’operazzjonijiet fl-ajru iżdaanke fuq l-art.