Ftit minuti wara li tħabbru numru ta’ ħatriet ġodda fi ħdan il-Kabinett tal-Ministri, il-Prim Ministru Robert Abela barra l-Berġa ta’ Kastilja sostna li d-deċiżjonijiet importanti li ttieħdu fl-aħħar sigħat ikomplu jikkonfermaw ir-rieda b’saħħitha li l-Gvern ikompli jimplimenta l-Manifest Elettorali biex pajjiżna jkompli jiġi msaħħaħ.
F’kumment mal-ġurnalisti, il-Prim Ministru tenna li l-Gvern determinat li jkompli jimxi fuq il-ħafna tajjeb li sar, dan anke fi sfond tal-prijoritajiet tan-nies quddiem sfidi internazzjonali.
Tenna wkoll li d-deċiżjonijiet li ttieħdu llum, ikomplu jikkonfermaw il-prinċipju ta’ tiġdid li jħaddan dan il-Gvern.