Illum hija ġurnata deċiżiva fis-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar. F’dan il-perjodu t-timijiet jippruvaw jirranġaw it-timijiet tagħhom għal kumplament ta’ l-istagun.
Fl-aħħar ħinijiet il-klabb ta’ Serie A fl-Italja, Roma akkwistaw lil Jonathan Silva, difensur Brażiljan ta` 23 sena mingħand il-klabb Portugiż Sporting Lisbon. Dan ser jieħu post Brażiljan ieħor Emerson Palmieri li iffirma ma’ Chelsea għal 20 miljun Ewro.
Intant id-difensur Gappuniż Nagatamo finalment ħalla lil klabb Taljan ta’ Inter, u issa iffirma mat-tim Tork ta’ Galatasaray, wara li dalgħodu għamel it-testijiet mediċi meħtieġa.
Uffiċjali wkoll it-trasferiment tal-player Emerick Aubameyang minn Borussia Dortmund għal Arsenal, għas-somma eċċezzjonali ta’ 64 miljun Ewro. Aubameyang li kien imfittex mill-aqwa klabbs ewropej issa ser jieħu post Alexis Sanches li mar ma’ Manchester United. Il-Captain tal-Gabon skorja 173 gowl ma’ Dortmund, f’213-il logħba.
Fil-ħin li ġej Oliver Giroud mistenni jħalli lil Arsenal u jmur fi Stamford Bridge ma’ Chelsea, li min-naha tagħhom ċedew b’self lil attakant Belġjan Michy Batshuayi.