Bosta ġurnalisti Maltin inġabru lkoll flimkien fil-Belt Valletta biex ifakkru l-memorja tal-blogger Daphne Caruana Galizia. Dan bil-għan li jitwassal messaġġ li attakk ta’ dan it-tip mhux se jkun qed jintimida din il-professjoni.
Kienu bosta li f’idhom kellhom kartellinu b’messaġġi diversi hekk kif imxew minn Bieb il-Belt sal-monument tal-Assedju l-Kbir, fejn quddiemu tpoġġew ammont kbir ta’ fjuri għal Caruana Galizia.
L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin ippubblika rikors li ppreżenta llum fil-Qorti wara laqgħa li għaliha kienu preżenti l-edituri ta’ kmamar tal-aħbarijiet differenti u wara l-manifestazzjoni ta’ solidarjeta’. Dan bil-għan li kull sors li kellha l-vittma li jista’ jiġi elevat mill-evidenza misjuba, tibqa’ kunfidenzjali.