Ix-shadow minister Nazzjonalista, Jason Azzopardi, sejjaħ konferenza tal-aħbarijiet biex jattakka l-General Workers Union u l-Gvern, iżda l-maġġoranza assoluta tal-ġurnalisti preżenti kellhom domandi dwar l-art tal-Lowenbrau x’jistaqsu.
Minkejja dan, Jason Azzopardi ma weġibx il-mistoqsijiet diversi li sarulu u biex jaħrab inqeda bil-fatt li għamel libell lill-Ministru Owen Bonnici.
Għal kull dettall jew spjegazzjoni li ntalab, wieġeb billi qal li għamel din il- kawża ta’ libell. Lanqas għall-mistoqsija sempliċi ta’ One News ma wieġeb.
Tlabnih jgħid jekk jirriżenjax jekk ikun iffaċjat bi prova li hu wiegħed kompromess lil Żaren Vassallo b’rabta ma’ dan id-deal. Qalilna li mhux veru ndaħal, iżda ma qalx jekk jirriżenjax. Staqsejnih ukoll jekk ux komdu li wara li ngħalaq id-deal tal-2012, Żaren Vassallo ta kwart ta’ miljun ewro lill-Partit Nazzjonalista. Azzopardi deffenda dan kollu għax qal li dak kien “self.” Self li sal-lum ħadd ma qal jekk tħallasx lura.