Il-ġurnalista rinomata tas-CNN, Eleni Giokos, innutat in-numri rekord li qed jesperjenza l-qasam tat-turiżmu f’pajjiżna u li saħansitra qed jaqbżu dawk ta’ qabel il-pandemija.
F’intervista televiżiva li kellha mal-Ministru għat-Turiżmu Malti, Clayton Bartolo, il-ġurnalista tas-CNN għamlet referenza għall-fatt li l-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena kienu l-aqwa kwart għat-turiżmu fl-istorja ta’ pajjiżna.
Hija nnutat li, bejn Jannar u Marzu ta’ din is-sena, żaru lill-gżejjer Maltin aktar minn 443,191 turist.
“And, listen, you’ve just come off a really fantastic first quarter. I was looking at your numbers and you already had 440,000 visitors from January to March.”
Dawn iċ-ċifri ħarġu f’konferenza tal-aħbarijiet li saret mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, li fiha ħabbret ċifri tajbin rekord għas-settur turistiku.
Il-ġurnalista tas-CNN innutat ukoll l-impatt pożittiv ferm li l-qasam turistiku għandu fuq l-ekonomija Maltija.
“Tourism accounts on 15% of your GDP. It is astronomical and really fascinating to see how you’ve been marketing yourself lately.”
Filwaqt li nnota li l-ispiża totali tat-turisti f’pajjiżna fl-ewwel tliet xhur qabżet it-€312-il miljun ewro, il-Ministru Bartolo saħaq li l-investiment tal-Gvern fil-qasam turistiku qed iwassal għal riżultati ta’ kwalità.
Il-Ministru Bartolo semma wkoll l-importanza li tkompli l-ħidma sabiex it-turiżmu f’pajjiżna jkun wieħed sostenibbli, u hawn għamel referenza għall-proġett multimiljunarju mill-Gvern tax-shore-to-ship.
“We will be working to ensure that sustainability and tourism are not competitors but sustainable partners that go hand in hand together.”
Intant, fl-aħħar tal-intervista, il-ġurnalista qalet li minkejja li qatt ma żaret lil pajjiżna, dan kollu jħajjarha biex anki hi taqta’ biljett u tiġi għal btala hawnhekk.
“Minister is great to have you on. I have to confess that I haven’t been to Malta, and it is now officially on my list.”