Ġurnalist tal-BBC se jitressaq il-Qorti t’Għawdex għada akkużat li ħebb għal żewġ kaċċaturi f’Għawdex stess.
Chris Packham se jitressaq il-Qorti għada, u ħabbarha hu stess permezz ta’ filmat fuq twitter. Qal li nżamm fi stazzjon tal-Pulizija f’Għawdex għa sagħtejn u li ssejjaħ jidher għada filgħodu, akkużat li uża l-forza kontra xi ħadd bl-intenzjoni li jweġġa’ jew jinsulta. Stqarr ukoll li huwa kompletament innoċenti minn dawn l-akkużi.
Malta ! You point out suspected criminals to the police . . . and you end up in court ! Please RT and begin baking cakes ! #stoptheslaughter pic.twitter.com/HDBQ2ec6Qp
— Chris Packham (@ChrisGPackham) April 18, 2017