Il-ġurnal Ġermaniż Der Spiegel keċċa wieħed mill-ġurnalisti tiegħu wara li akkużawh li kien qed jivvinta dettalji u kif ukoll kwotazzjonijiet f’numru ta’ stejjer li kiteb.
Der Spiegel qal li l-kittieb Claas Relotius iffalsifika artikli u kif ukoll ivvinta ħafna dettalji. Fost l-artikli inkwistjoni hemm stejjer ewlenin li għalihom ġie nnominat u saħansitra rebaħ premji.
Relotius li għandu 33 sena ammetta li għadda biż-żmien lill-qarrejja tal-ġurnal b’madwar 14-il storja li ġew ippubblikati f’Der Spiegel.
Il-każ ħareġ fil-beraħ wara li kollega tiegħu qajmet suspett dwar il-mod kif kien qed jaħdem waqt storja li kienet qed taħdem miegħu fuqha.