Ġurnalist u attivist mal-Oppożizzjoni tal-Użbekistan, Muhammed Bekjanov, ġie meħlus wara li nżamm għal 18-il sena f’ċella.
Hu kien instab ħati li pprova joqtol lill-eks President, Islam Karimov, iżda qal li ġie ttorturat biex jgħid hekk.
Bekjanov huwa ħu l-kap tal-Oppożizzjoni Muhammad Salih.
Hu u l-kollega tiegħu qed jitqiesu bħala l-ġurnalisti li għamlu l-itwal sentenza ta’ ħabs fejn filwaqt li hu nħeles, il-kollega tiegħu għadu qed jinżamm il-ħabs.
Il-fatt li nħeles qed jingħad li din hi turija ta’ bidla fil-politika tal-governanza taħt it-tmexxija tal-President Shavkat Mirziyoyev, li ħa l-ħatra lura f’Diċembru.