Il-ġurnalist Messikan Javier Valdez, magħruf għal mod ta’ kif irrapporta b’mod ġurnalistuku t-traffikar tad-droga, inqatel waqt sparatura.
Il-persuni li sparaw fuq Valdez fil-belt Culiacan fl-istat ta’ Sinaloa għadhom ma ġewx identifikati.
Valdez li kellu 50 sena, ingħata l-International Press Freedom Award mingħand il-Committee to Protect Journalist fl-2011 għax-xogħol li hu wettaq.
Valdez hu wieħed fost bosta ġurnalisti li nqatlu fil-Messiku din is-sena.