Matul il-jum tal-Ħadd, il-Beatu Titu Brandsma se jkun qed jiġi ddikjarat qaddis mill-Papa Franġisku.
Brandma kien saċerdot Karmelitan, professur Universitarju, ġuranlist fl-Olanda u lettur rispettat.
Brandma kien arrestat fid-19 ta’ Jannar, 1942 wara li kien tkellem kontra r-reġim Nazista u ħadem ħafna biex żamm lill-ġurnali Kattoliċi fl-istess linja tat-tagħlim tal-Knisja fuq in-Naziżmu.
Dak iż-żmien, ir-reġim Nazista kien invada l-Olanda, art twelid Patri Brandsma, u pprova jbella’ lill-poplu tal-pajjiż, il-prinċipji tan-Nazi.
Huwa ġie maqtul fil-Kamp tal-Konċentrament ta’ Dachau fis-26 ta’ Lulju, 1942.
Patri Titu Barndsma kien iddikjarat Beatu minn San Ġwann Pawlu II fit-3 ta’ Novembru, 1985.