Sitwazzjoni bla kontroll f’wieħed mill-ħabsijiet ewlenin tal-Ingilterra. Hekk qed jgħidu li sabu l-BBC wara li ġurnalist mar bil-moħbi għal xaharejn f’ħabs f’Northumberland, fejn hemm 1,348 priġunier.
Hemm skopra użu qawwi ta’ droga fost il-priġunieri, nuqqas ta’ kontrol, sistemi tal-allar li ma jaħdmux u sigurtà interna difettuża.
Il-Ministeru għall-Ġustizzja Ingliż qal li se jkun qed jinvestiga dawn l-allegazzjonijiet estremement serji. Fost l-affarijiet li nstabu hemm balacalavas, ħwejjeġ li jintużaw waqt serq u għodda biex jinqatgħu l-wires. Hu mifhum li priġunieri kienu qed joħorġu biex jiġbru d-droga jew kontrabandu ieħor li jkun twaddab mill-grada li ddawwar il-ħabs.
F’wieħed mill-aktar episodji disturbanti għall-programm Panorama tal-BBC, uffiċjal tal-ħabs jidher miftluf minn senih mal-art, wara li xamm dik li tissejjaħ ‘spice’, ċioe alternattiva għall-kannabis. Fir-ritratt ta’ hawn fuq, jidhru ħabsin mitlufa minn sensihom minħabba d-droga li ħadu fil-ħabs. Fost l-osservazzjonijiet tiegħu, il-ġurnalist qal li donnu l-ħabsin stess imexxu dan il-post li suppost huwa ta’ riforma.