Ġurnalist Ingliż ġie ferut waqt li kien qed jaqdi dmirijietu fl-Ukrajna.
Għal dawn l-aħħar ġimgħat, Benjamin Hall kien qed jirraporta l-gwerra ta’ bejn ir-Russja u l-Ukrajna.
Iżda fl-aħħar sigħat hu ġie ferut ftit ‘l barra mill-kapitali Kjev.
Hall li għandu 39 sena ngħaqad mall-kamra tal-aħbarijiet ta’ FOX fl-2015 u għal dawn l-aħħar seba’ snin hu serva bħala korrespondent ewlieni għall-affarijiet barranin.
Filfatt hu magħruf għar-rapurtaġġ tiegħu fuq il-konfliti fil-Lvant Nofsani.
Intant, s’issa għadu mhux magħruf x’wasal biex il-ġurnalisti Ingliż weġġa’.
Dan il-każ isegwi ieħor fejn ġurnalist inqatel nhar il-Ħadd li għadda f’Irpin fl-Ukrajna, meta hu wkoll kien qed jirrapporta l-gwerra.