Ġurnalist Franċiż inqatel f’Severodonetsk, l-Ukrajna wara li vettura li kien fiha intlaqtet mill-attakki Russi.
Dan intqal mill-Gvernatur Reġġjonali ta’ Luhansk fi stqarrija.
Huwa spjega kif il-vettura li kienet qed tagħti l-għajnuna umanitarja kienet ser tgħabbi għaxar persuni fl-akwati. Il-vettura ittaqqbet mill-balal li ntlaqtet bihom.
Il-ġurnalist identifikat bħala Frédéric Leclerc-Imhoff sofra minn ġerħa fatali f’għonqu li kien qed jitkeb dwar l-evakwazzjoni mill-Ukrajna.
Uffiċjal tal-Pulizija li kien fuq il-post salva mill-attakk wara li kien liebes elmu.
Fl-aħħar sigħat il-ġlied fil-Lvant tal-Ukrajna kompla jintensifika bejn it-truppi Russi u Ukreni.
L-Uffiċjali Ukreni qalu kif dawn l-attakki kissru infrastruttura essenzjali u madwar disgħin fil-mija tal-bini f’din il-belt.