Il-ġurnal Ġermaniż ‘Der Tagesspiegel’ irrapporta kif Malta hija wieħed mill-aktar pajjiż siguri fl-Ewropa u li wieħed għandu jżur lil pajjiżna dan is-sajf li ġej.
Dan il-ġurnal internazzjonali semma kif in-numru ta’ każijiet ta’ Covid-19 f’pajjiżna huwa baxx, filwaqt li nnota s-suċċess tal-programm ta’ vaċċinazzjoni.
Hawnhekk issemma kif f’pajjiżna tlaqqmu 70% b’minn tal-inqas l-ewwel doża.
Issemma wkoll kif minn Lulju, jekk in-numru tal-każijiet attivi ta’ Covid-19 jibqa’ baxx, se tkun tista’ ma tilbisx il-maskra jekk tkun waħdek jew ma’ persuna oħra li tkun imlaqqma komplement.
Intqal ukoll kif minn Ġunju, il-maskra tista’ ma tilbisix fuq il-bajjiet, filwaqt li mill-istess xahar, il-pajjiż se jiftaħ kompletament għat-turiżmu.
Il-ġurnal Ġermaniż irrapporta kif ir-ristoranti jistgħu jservu fuq barra u fuq ġewwa sa nofsillejl u ntqal ukoll kif mis-7 ta’ Ġunju se jerġgħu jiftħu l-bars, is-swali taċ-ċinema u t-teatri.