Ġurin illibera lil Oliver Krautscheid, Ġermaniż ta’ 33 sena minn akkużi ta’ hold hekk kif il-ġurati emmnu li r-raġel kien fi stat ta’ ġenn meta wettaq ir-reat.
Il-każ seħħ fi Frar ta’ sena ilu meta l-akkużat wettaq hold up ġewwa stabbiliment f’tas-Sliema, fejn matulu sprejja ammont ta’ pepper spray f’wiċċ il-kaxxier tal-ħanut tal-ħaxix. Huwa ħarab minn fuq il-post b’ammont ta’ flus kontanti.
Ir-raġel ġie arrestat ftit tal-ħin wara mill-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit.
Filmati minn kamera tas-sigurtà qabdu lir-raġel ibattal il-flus mill-kexxun tal-cash register sakemm wara ftit ħin ħarab minn fuq il-post.
Wara li semgħu s-sottomissjonijiet tal-Pulizija u tad-difiża, mmexxija mill-Avukati Dustin Camilleri u Ezekiel Psaila l-ġurati vvutaw b’sebgħa voti kontra tnejn favur li l-imputat kien fi stat ta’ ġenn.
Wara l-ġuri r-raġel ġie ordnat li jinżamm ġewwa Monte Karmeli sakemm jiġi lliċenzjat mill-psikjatri tiegħu.
Il-proċess ta’ dan il-ġurin beda nhar it-Tnejn li għadda sabiex matul il-jum tal-Ħamis il-ġurati daħlu jiddeliberaw u waslu għad-deċiżjoni tagħhom.