L-Egizzjan Ahmed el Fadalli Enan instab ħati b’kompliċità f’tentatattiv ta’ importazzjoni ta’ 50 kilogramma reżina tal-kannabis mit-Tuneżija lejn Malta u ta’ dan weħel 25 sena ħabs.
Il-ġurati ħarġu bil-verdett tagħhom tard il-Ġimgħa filgħaxija wara ħames sigħat jiddeliberaw.
Huwa nstab ħati b’seba’ voti favur u tnejn kontra.
Il-Qorti weħlitu wkoll €40,000 multa.
L-Eġizzjan ta’ 52 sena kien jinsab mixli b’assoċjazzjoni biex tiġi impurtata d-droga, f’każ li jmur lura għall-2010.
Enan kien tressaq il-Qorti fil-15 ta’ Jannar tal-2010 fejn kien ġie mixli wkoll b’pussess ta’ droga kokaina.
Dwar dan il-każ kien għadda proċeduri fil-Qorti Tuneżina, Tano Farrugia, eks plejer tal-futbol, li kien weħel 20 sena ħabs iżda nħeles tliet snin wara minħabba amnestija mill-Gvern temporanju Tuneżin hekk kif kien tela’ President interim.