Il-Qorti permezz tal-Imħallef Consuelo Scerri Herrera kkundannat lil Joseph Grech ta’ 61 sena u ibnu Kurt ta’ 31 sena, magħruf bħala “in-Nemes”, 20 sena ħabs kull wieħed, hekk kif illum waranofsinhar ingħatat is-sentenza.
Dan hekk kif fil-ġuri li kien ilu għaddej għal dawn l-aħħar ġimgħat, iż-żewġ akkużati nstabu ħatja li qatlu lil Brandon Pace, magħruf bħala “il-Galalli”. Dan l-omiċidju seħħ fit-2 ta’ April tal-2017 fi Triq Giovanni Barbara fil-Ħamrun.
Dan il-qtil seħħ minħabba argument bejn Kurt Grech u Jessica Billoca dwar l-aċċess ta’ binhom. Dak iż-żmien, Bilocca kienet f’relazzjoni mal-vittma.
Iż-żewġ akkużati nstabu ħatja bħal-lum ġimgħa, wara l-vot tal-ġurati ta’ sitta kontra tlieta.