Erbatax-il persuna bdew jgħaddu ġuri li għenu jew provdew armi lill-grupp Islamiku fl-attakk terroristiku ta’ Charlie Hebdo.
L-attakk seħħ ftit aktar minn ħames snin ilu fejn ġew maqtula tnax-il persuna barra u ġewwa l-uffiċji ta’ din il-kumpanija li tagħmel publikazzjonijiet satiriċi f’Jannar tal-elfejn u ħmistax.
F’attakk ieħor f’perjodu ta’ tliett ijiem agressur ieħor qatel pulizija mara u attakka ħanut tal-merċa tal-Lhud.
B’kollox f’dawn il-jiem mietu sbatax-il persuna.