Il-midfielder internazzjonali Malti Matthew Guillaumier mistenni li jkompli bil-karriera tiegħu barra minn xtutna dan hekk kif huwa ġie rilaxxat miċ-Ċampjins Ħamrun Spartans.
Jidher li minkejja l-akkwisti li qed issiru mit-tim ta’ l-Spartans, l-għan aħħari tal-plejer ex Luxol u Birkirkara hi li jilgħab barra mill-pajjiż.
Guillaumier, li għandu 25 sena, huwa prodott tan-nursery ta’ St. Andrews. Fl-istaġun 2015/2016 huwa kien ingħaqad mat-tim ta’ Birkirkara qabel ma fl-2021 ġie trasferi Ħamrun Spartans li magħhom rebaħ darbtejn il-Kampjonat Premier.
Fiż-żmien li għamel ma l-Ispartans Matthew Guillaumier rebaħ wkoll darbtejn l-unur ta’ l-aqwa plejer tas-sena bl-ewwel wieħed wasal fl-istaġun 2020/2021, bl-unur l-ieħor rebħu mat-tmiem ta’ l-istaġun li għadda.
Matul l-karriera tiegħu Matthew Guillamieri kellu wkoll esperjenzi qosra barra minn xtutna fejn fl-istaġun 2013/2014, meta kien plejer ta’ Luxol St. Andrews, huwa kellu esperjenza mat-tim tal-Youths ta’ Empoli. Matul l-istaġun 2021/2022 Guillaumier kien qatta t-tieni parti ta’ l-istaġun mat-tim ta’ Siena fl-Italja.
Nifhmu li matul l-ġimgħat li ġejjin d-diriġenti tal-plejer Malti ser ikunu qed jevalaw l-offerti li ser jkollu biex eventwalment jagħżel il-pass li jmiss fil-karriera tiegħu.