Wara li aktar kmieni Floriana FC ħabbru li Luis Oliveira m’għadux kowċ tat-tim, ftit tal-ħin ilu Guido Ugolotti ġie kkonfermat bħala s-suċċessur ta’ Oliveira.
Ugolotti huwa persuna rrispetata ħafna fil-futbol Taljan u għalih din ser tkun l-ewwel esperjenza tiegħu barra mill-pajjiż. Bħala plejer huwa lagħab ma’ bosta timijiet fosthom Roma, Avellino u Pisa.
Wara li rtira kellu esperjenzi ma’ bosta timijiet fis-Serie B u Lega Pro fosthom Foggia, Sambenedettese, Grosseto, Benevento u dan l-aħħar ma’ Teramo.