Għandek xi ġugarelli m’għadx għandek bżonnhom? Id-dipartiment tal-Occupational Therapy fi ħdan l-isptar San Luqa għandu bżonnhom. Il-ġugarelli jgħinu fis-sessjonijiet tat-terapija għat-tfal, biex l-istess sessjoni tkun aktar interattiva u interessanti għat-tfal.
L-appell tad-Dipartiment kien li jingħataw ġugarelli li jintużaw f’dawn is-sessjonijiet, iżda dawn jiġu ċċekjati ladarba jingħataw lit-terapisti. Dan l-appell deher fuq paġna fuq is-sit soċjali facebook, Recycle Malta, fejn wieħed jista’ jsib użu ġdid għall-affarijiet tiegħu billi jtihom lil ħaddieħor bla ma jżommlu flus.
Bħal dawn iż-żminijiet, meta l-Milied ikun għadda sewwa, ħafna jirrealizzaw li għandhom ġugarelli li bilkemm għadhom jintmessew, għalhekk l-appell tagħna hu li minflok jintremew dawn jingħataw lil dan id-dipartiment għal kawża ġusta.