Għad-disa’ sena konsekkuttiva, iċ-Ċentru 19 ta’ Novembru 1944, Bormla se jtella’ d-dramm tal-Passjoni, Ġuda ta’ Kedron. Kif jixhed it-titlu tad-dramm, il-ġrajja ddur mal-persuna ta’ Ġuda, bin Xmun l-Iskarjota.
Ġuda f’kunflitt dirett għall-ħelsien ta’ artu mill-Ħakma tar-Rumani; Ġuda li ġie mqarraq minn dawk ta’ madwaru, saħansitra anki minn dawk li kienu tant qrib tiegħu. Min-naħa l-oħra, Kristu li ġie fid-dinja biex jeqred il-ħażen li spiċċa ħallas għalih b’ħajtu. Qatt daqs f’din il-ġrajja l-imħabba u l-mibegħda ma kienu daqshekk viċin. Kif qatt ma kienu daqstant viċin it-telfien u l-qawmien.
Id-dramm ser isir is-Sibt 17 ta’ Marzu fis-7.30pm u l-Ħadd 18 ta’ Marzu fis-6.30pm fis-Sala tal-Kulleġġ De La Salle, Kottonera. Għall-bookings intom mitlub li ċċemplu fuq 79308900, 99120205 jew 79066304. Id-dħul se jkun b’donazzjoni ta’ Eur7.