Hekk kif illejla ssir iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f’Malta, tħabbar dalgħodu li l-president tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali Thomas Bach mhux se jkun qed jattendi għal raġunijiet personali.
Fl-assenza ta’ Bach se jkun preżenti l-president tal-Kumitat Olimpiku Ewropew Spyros Capralos li se jkun qed jippresjedi u jagħnel id-diskors tal-okkażjoni waqt l-istess ċerimonja.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Iċ-ċerimonja tal-ftuħ se ssir fuq il-Fosos tal-Floriana u tibda fid-20:45. ONE se jkun qed ixandar b’mod dirett din iċ-ċerimonja.