Isegwu l-indirizz ta’ Ursula Von der Leyen kien hemm ir-reazzjonijiet tal-mexxejja tal-akbar żewġ gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew, fost oħrajn.
Minn naħa tagħha l-President tal-Partit tas-Soċjalisti Ewropej fil-Parlament Ewropew Iratxe García Pérez faħħret il-mod ta’ kemm il-Kummissjoni avvanzat il-ħidma tagħha fil-qasam ambjentali.
Madankollu hija sostniet li l-miżuri soċjali sabiex jakkumpanjaw din it-transizzjoni ħadra li miexja lejha l-Kummissjoni għadhom mhux biżżejjed.
Intant fir-reazzjoni tiegħu, il-President tal-Partit Popolari Ewropew fil-Parlament Ewropew Manfred Weber laqa’ l-pjanijiet tal-Kummissjoni dwar ħidma favur id-difiża tal-Unjoni Ewropea.