Grupp ta’ żgħażagħ qed jidhru fir-ritratt jitilghu fuq bandla apposta li saret biex tintuża minn tfal bi bżonnijiet speċjali.
Dan wara li l-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara qed jagħmel proġett fil-ġnien magħruf bhala l-Istazzjon fejn qed jintużaw fondi biex dan jingħata dehra mill-isbaħ kif ukoll ikun aċċessibbli minn kulħadd.
Imma jidher li dawn iż-żgħażagħ qed jaġixxu b’mod, li dawn il-bandli tista’ ssirilhom ħsara.
Is-Sindku tal-lokal Joanne Debono Grech appellat biex minn għandu xi informazzjoni jgħaddiha lill-Kunsill b’mod kunfidenzjali.