Grupp ta’ żgħażagħ qed jieħdu l-inizjattiva biex jiġbru kemm jista’ jkun ħelu relatat mal-festi tal-Għid u affarijiet oħra biex imbagħad jinbiegħu u l-qliegħ tagħhom imur b’risq Puttinu Cares.
Il-ħsieb huwa li dawn l-affarijiet jinbiegħu f’boroż separati.
Dawn il-persuni qalulna li jixtiequ li din l-inizjattiva tkun waħda ta’ suċċess ħalli jgħinu lil min hu fil-bżonn. Imma dan ma jistax ikun possibbli mingħajr l-għajnuna tal-pubbliku inġenerali. Għalhekk huma qed jitolbu lin-nies biex jagħtuhom il-ħelu u l-affarijiet biex jistgħu jbigħuhom.
Huma rringrazzjaw lin-nies tal-għajnuna li se jagħtuhom bil-quddiem.