Għaxar xjentisti mill-Għaqda Dinjija għas-Saħħa, il-WHO, wasalu fil-belt Ċiniża ta’ Wuhan biex jibdew jinvestigaw dwar l-oriġini tal-pandemija COVID-19.
Dan qed isir wara xhur ta’ negozjati bejn il-Gvern Ċiniż u l-WHO.
Il-grupp ta’ xjentisti mistenni jintervista nies minn istituti ta’ riċerka, sptarijiet kif ukoll persuni li jaħdmu fis-suq tal-ikel minn fejn hu maħsub li bdiet l-imxija.
Ix-xjentisti waslu l-Ħamis filgħodu u huma se jkunu qed jagħmlu 15-il jum kwarantina qabel ma jibdew bir-riċerka tagħhom; li se tkun qed tiddependi fuq kampjuni u evidenza pprovduta minn uffiċjali Ċiniżi.