Xjentisti qalu li jemmnu li sabu x’qed iwassal għall-blood clots, anki jekk rari, marbuta mal-vaċċin tal-AstraZeneca kontra l-Covid-19.
It-tim ta’ xjentisti f’Cardiff u fl-Istati Uniti spjegaw fid-dettall kif proteina fid-demm tinġibed lejn komponent ewlieni tal-vaċċin.
L-esperti jaħsbu li dan il-fatt iwassal għal reazzjoni li tinvolvi s-sistema immunitarja u li tista’ twassal għal emboli perikolużi, magħrufa bħala blood clots.
Dan il-vaċċin huwa maħsub li salva miljuni ta’ ħajjiet mill-Covid imma kien hemm diversi tħassib dwar dawn il-blood clots rari li ffurmaw il-mod ta’ kif il-vaċċin intuża madwar id-dinja, partikolarment billi ma jingħatax lil nies ta’ etajiet avvanzati.
L-istess tim ta’ esperti għaddej b’riċerka xjentifika biex jara l-possibilità li jipprevjeni din ir-rabta bejn il-vaċċin u l-proteina fid-demm, anki jekk hija rari ħafna.