Missio Malta għadha kif bagħtet l-ewwel grupp ta’ voluntiera Maltin sabiex iwettqu ħidma missjunarja ġewwa l-Filippini.
Dan il-grupp li jammonta għal 12-il persuna, huwa l-ewwel grupp li mar wara l-pandemija.
Il-grupp se jdum 20 ġurnata u l-grupp se jkun immexxi minn Fr Victor Agius.
Il-grupp tal-voluntiera organizzaw bosta attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi sabiex ikunu jistgħu jsiru l-proġetti.
Donazzjonijiet jistgħu isiru permezz ta’ missio.org.mt/donate/projects/agriculture/ecofarm-philippines/