Wara nofsinhar grupp ta’ supports tat-tim tal-futbol Redstar Belgrade, li huma mis-Serbja, qalaw inkwiet fil-bajja ta’ Golden Bay meta saħansitra aggredew żewġ persuni barranin li kienu fuq l-istess bajja.
Għal xi ħin l-inkwiet tant eskala li kellha tissejjaħ il-preżenza tal-Pulizija sabiex saħansitra tagħlaq waħda mill-gabbani ewlenin.
L-ammont ta’ persuni li jagħmlu parti mill-grupp ta’ Serbi jammontaw għal madwae 60 persuna u l-Pulizija bħalissa jinsabu fuq il-post biex jiżguraw is-sigurtà ta’ dawk li huma preżenti.
It-tim ta’ Redstar Belgrade se jkun qed jilgħab kontra t-tim tal-Furjana f’logħba ta’ kwalifikazzjoni tal-Ewropa League.
Din mhux l-ewwel darba li partitarji ta’ timijiet mis-Serbja qalaw inkwiet f’dak li hu magħruf bħala football hooliganism.