Grupp ta’ kokijiet Maltin tilgħin il-Libanu sabiex jgħinu lil din il-kommunità, wara l-ispluzzjoni li seħħet iktar kmieni dan ix-xahar.
Dawn il-kokijiet tilgħin jagħtu l-għajnuna tagħhom billi għal ġimgħa sħiħa se jsajru għal dawn in-nies, li minħabba din l-ispluzzjoni spiċċaw mingħajr saqaf fuq rashom.
Dan il-grupp se jkun qed jingħaqdu ma’ kokijiet oħra madwar id-dinja sabiex jippreparaw 16,000 platt tal-ikel għal din il-kommunità.