Dalgħodu grupp ieħor ta’ immigranti ġew rilokati lejn Franza.
Matul ix-xahar ta’ Marzu, żewġ gruppi oħra ġew rilokati lejn il-Lussemburgu u l-Portugall.
Dan l-eżerċizzju qed isir bħala parti mill-impenn tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea biex jiġu rilokati numru ta’ immigranti irregolari minn Malta.
Din ir-rilokazzjoni saret permezz ta’ koordinazzjoni minn uffiċjali tal-Ministeru għall-Intern flimkien mal-awtoritajiet Franċiżi.