Grupp ieħor ta’ immigranti li ddaħħlu f’Malta fl-aħħar jiem ħalla pajjiżna tard it-Tlieta waranofsinhar u jinsab fi triqtu lejn il-Ġermanja.
Fuq twitter il-Prim Ministru Joseph Muscat ta ħajr lill-Ġermanja li qiegħda tkompli tonora l-wegħdiet tagħha biex tieħu l-immigranti li ddaħħlu Malta fl-aħħar ġimgħat bħala parti min
Grupp ieħor ta’ immigranti li ddaħħlu f’Malta fl-aħħar jiem ħalla pajjiżna tard it-Tlieta waranofsinhar u jinsab fi triqtu lejn il-Ġermanja.
Fuq twitter il-Prim Ministru Joseph Muscat ta ħajr lill-Ġermanja li qiegħda tkompli tonora l-wegħdiet tagħha biex tieħu l-immigranti li ddaħħlu Malta fl-aħħar ġimgħat bħala parti minn ftehim ad hoc li ntlaħaq bejn għadd ta’ pajjiżi Ewropej u l-Kummissjoni Ewropea.
Din ir-rilokazzjoni saret wara li l-ġimgħa l-oħra grupp ieħor ta’ immigranti li daħħlu f’Malta fis-sebgħa ta’ Lulju u fl-erbgħa t’ Awwissu li għadda minn fuq il-bastiment Alan Kurdi, ħallew pajjiżna fuq ajruplan li ntbagħat f’Malta direttament minn Franza, pajjiż ieħor li ħa numru kbir ta’ immigranti minn Malta u li diġà ddikjara pubblikament li se jieħu mija u ħamsin immigrant li ddaħħlu f’Malta minn fuq l-Ocean Viking fi tmiem il-ġimgħa li għadda.
Intant, fl-aħħar sigħat il-Gvern Malti ma tax l-approvazzjoni tiegħu biex bastiment tal-għaqda Ġermaniża Mission Lifeline, l-MV Eleanore jiżbarka f’pajjiżna aktar minn mitt immigrant. Dan wara li l-immigranti ma ġewx salvati fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ ta’ pajjiżna u għalhekk ma kinux fil-kompetenza tal-awtoritajiet Maltin.
Il-bastiment huwa taħt il-kmand tal-kaptan Claus-Peter Reich, li f’Mejju li għadda kien immultat għaxart elef ewro mill-qorti Maltija wara li daħal f’pajjiżna bil-bastiment MV Lifeline.
n ftehim ad hoc li ntlaħaq bejn għadd ta’ pajjiżi Ewropej u l-Kummissjoni Ewropea.
Din ir-rilokazzjoni saret wara li l-ġimgħa l-oħra grupp ieħor ta’ immigranti li daħħlu f’Malta fis-sebgħa ta’ Lulju u fl-erbgħa t’ Awwissu li għadda minn fuq il-bastiment Alan Kurdi, ħallew pajjiżna fuq ajruplan li ntbagħat f’Malta direttament minn Franza, pajjiż ieħor li ħa numru kbir ta’ immigranti minn Malta u li diġà ddikjara pubblikament li se jieħu mija u ħamsin immigrant li ddaħħlu f’Malta minn fuq l-Ocean Viking fi tmiem il-ġimgħa li għadda.
Intant, fl-aħħar sigħat il-Gvern Malti ma tax l-approvazzjoni tiegħu biex bastiment tal-għaqda Ġermaniża Mission Lifeline, l-MV Eleanore jiżbarka f’pajjiżna aktar minn 100 immigrant. Dan wara li l-immigranti ma ġewx salvati fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ ta’ pajjiżna u għalhekk ma kinux fil-kompetenza tal-awtoritajiet Maltin.
Il-bastiment huwa taħt il-kmand tal-kaptan Claus-Peter Reich, li f’Mejju li għadda kien immultat għaxart elef ewro mill-qorti Maltija wara li daħal f’pajjiżna bil-bastiment MV Lifeline.
Thanks to #Germany for continuing to honour its pledges taking #migrants brought to #Malta as part of European ad hoc agreements -JM pic.twitter.com/tuc2vzSS9B
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) August 27, 2019