Tim ta’ għaddasa beżgħu għal ħajjithom meta pruvaw isalvaw għaddas ieħor li tilef ħajtu waqt xogħol li kien qed jagħmel f’baċir fit-Tarzna ta’ Palumbo.
Id-diretturi ta’ Palumbo qed jiġu akkużati bi qtil involontarju ta’ Patrick Joseph Vella, missier ta’ tlett itfal.
Huwa kien tilef ħajtu fit-28 ta’ Frar ta’ sentejn ilu. Vella kien miet wara li nġibed minn valv hu u jagħmel xi xogħol fuq mekkaniżmu li jiġbed l-ilma minn baċir numru erbgħa.
It-tim ta’ għaddasa li pruvaw isalvaw lil vittma qalu li kienu kostretti jwarbu għax beżgħu li se jinġibdu mill-istess valv iżda aktar tard rabtu lil vittma biex itellgħuh. Il-każ mistenni jkompli jinstema’.