Grupp ta’ abbatini Maltin illum kellhom appuntament biex imorru jżuru l-Kappella Pawlina, dedikata lill-Migja ta’ San Pawl f’Malta, fil-Palazz Apostoliku.
L-abbatini qraw bicca kull wieħed ir-rakkont tal-Miġja ta’ San Pawl f’Malta mill-Atti tal-Appostli biex imbagħad qalu flimkien il-Kredu.
Patri Pawl Agostinjan, sagristan tal-Kappella tal-Papa talab lill-Gwardja Svizzera biex jiftah il-Kappella Sistina għall-abbatini Maltin li sabu ruħhom weħidhom fis-Sistina billi llum ma kientex miftuħa għall-pubbliku.
Skantaw mhux ftit meta sabu ruħhom iħarsu lejn l-affreski hekk sbieħ tax-xeni mill-Iskrittura u komplew iġeddu l-fidi nisranija tagħhom.