Bħal ma jsir kull ta’ kull sena fix-xahar ta’ Awwissu, grupp ta’ abbatini Maltin u Għawdxin jinsabu fil-Vatikan sabiex jagħtu servizz fil-Bażilika ta’ San Pietru.
Fil-jum tal-Ħadd, propju wara l-Angelus, l-abbatini kellhom ix-xorti li jiltaqgħu u jitolbu b’mod privat mal-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku, fir-residenza tiegħu, Dar Santa Marta.
Il-Papa, li deher fuq is-siġġu tar-roti, talab lill-abbatini sabiex jitolbu ħafna għalih u għall-missjoni tiegħu, u għalaq billi flimkien magħhom talab it-talba tas-Sliema u l-Qaddisa, u fl-aħħar tahom il-barka tiegħu.
Papa Franġisku għadu kemm wasal lura mill-Vjaġġ Appostoliku tiegħu fil-Kanada.
Flimkien mal-abbatini Maltin, hemm Mons. Frans Bonnici u s-seminarista Għawdxi Franklin Micallef.
Ara: