Grupp ta’ adolexxenti u żgħażagħ se jtellgħu reċta għal żmien il-Milied bl-isem ta’ “Sliem fuq l-Art” nhar is-Sibt, 7 ta’ Diċembru, u l-Ħadd, 8 ta’ Diċembru, fis-7 ta’ filgħaxija, fis-sala ta’ Santa Rita, Birżebbuġa.
Din l-inizjattiva għandha l-għan li jinġabru donazzjonijiet għall-Malta Community Chest Fund, fondazzjoni mmexxija mill-President ta’ Malta li kontinwament tgħin lill-persuni fil-bżonn.
Id-donazzjoni għad-dħul se tkun ta’ €7, u r-reċta se tittratta l-istorja ta’ Ġużeppi, raġel li ġab it-tama. Għaldaqstant, din ir-reċta għandha l-għan li tkun sors ta’ tama għal dawk li qed jgħaddu minn sfidi, filwaqt li tiġbor kontribuzzjonijiet għan-nies fil-bżonn permezz tad-donazzjonijiet.
Għal aktar informazzjoni jew għall-akkwist tal-biljetti, wieħed jista’ jċempel fuq 79935819.