Tul dawn l-aħħar ġimgħat grupp ta’ suldati mill-Forzi Armati ta’ Malta kienu parti minn missjoni tal-Ġnus Magħquda fil-Libanu. Dan il-grupp kellu jibqa’ fil-Libanu minħabba l-imxija tal-Coronavirus.
Fuq Facebook, il-Forzi Armati ta’ Malta awguraw lil dan il-grupp tax-xogħol tagħhom barra minn pajjiżna u awguralhom il-vjaġġ it-tajjeb lura lejn art twelidhom fi ftit tal-ġranet oħra.