01:10
F’dan il-filmat jidhru numru ta’ nies li jappoġġjaw lill-President Erdogan jitilgħu fuq tank u jsawtu lill-uffiċjal tal-militar. Huma jinstemgħu jgħajjtu isem il-President.
Watch: Protesters near Istanbul's Ataturk airport climb onto a tank, chanting the name of the Turkish President https://t.co/osnF261csa
— Sky News (@SkyNews) July 15, 2016
01:05
Il-kamra tal-aħbarijiet tal-istazzjon Nazzjonali Tork, stqarret li nqatlu 17-il pulizija f’attakk mill-ajru. Dan l-attakk sar fuq il-kwartieri ġenerali tal-forzi speċjali tal-Pulizija f’Ankara. Intant żewġ ajruplani tat-tip F-16 waqqgħu ħelikopter militari li kien qed jintuża għal dan il-kolp ta’ stat.
01:00 Ikompli l-isparar, din id-darba f’Istanbul.
00:55
Filmati li juru sparar minn ħelikopter fuq nies li ħarġu jipprotestaw f’Ankara.
VIDEO: Footage of helicopter firing against ground targets in #Ankara #Turkey. – @aletweetsnews https://t.co/myUbtQXnRP
— Conflict News (@Conflicts) July 15, 2016
00:52
Suldati Torok sparaw fuq numru ta’ persuni li kienu qed jippruvaw jaqsmu mill-pont ta’ Bosphorus f’Istanbul. Sorsi jikkonfermaw li weġgħu xi nies.
00:46
Fl-ajruport inġabru bosta nies biex jingħaqdu mal-appell tal-President Erdogan.
00:37
Jinstemaw sparaturi fejn l-Ajruport ta’ Istanbul.
00:33
Numru ta’ helikopters militari fetħu n-nar fuq l-Aġenzija Nazzjonali tal-Intelliġenza.
00:27
Waqt filmat live fuq Twitter jinstema l-kliem ta’ ‘Allah u akbar’.
— Bekijk op #Periscope: atatürk Havalimanı canlı https://t.co/5zA3RDd3Mc // #Turkey#istanbul#ataturk#erdogan
— Ayssem (@xAyssem) July 15, 2016
00:22
Uffiċjal għoli Tork qed jgħid li l-forzi leali qed jieħdu kontroll biex ineħħu l-Gvern Tork.
00:13
Ritratt tal-folla li qed tinġema’ f’Istanbul f’rispons għall-appell tal-President Tork.
00:00
Facebook, Twitter u siti soċjali jidher li m’għadhomx aċċessibbli fit-Turkija. L-istazzjoni televiżiv nazzjonali mhux qed ixandar.
23:51
Skont CNN Turk, seħħet splużjoni fi stazzjon tat-televiżjoni tal-istat. Ġurnalisti ta’ Sky News ingħataw ordni jiefqu jirrapportaw minn membri tal-militar.
23:45
Il-President Tork Recep Tayyip Erdogan qal li se jegħleb dik li sejħilha rewwixta ta’ minoranza. Permezz ta’ kollegament telefoniku mal-istazzjon CNN Turk, Erdogan qal li dak li qed jiġri fit-Turkija se jkun milqugħ bir-rispons li hu meħtieġ, u sejjaħ lin-nies jinżlu fit-toroq sabiex jopponu dak li ħafna qed jistqsu hux kolp ta’ stat.
AKTAR KMIENI
Grupp mill-armata Torka iddikjara li ħataf il-kontroll tal-pajjiż. Mhux konfermat b’mod uffiċjali jekk hux kolp ta’ stat.
Permezz ta’ stqarrija minn dan il-grupp fuq l-istazzjon televiżiv NTV, intqal li l-poter fil-pajjiż inħataf kompletament.
Bħalissa fit-Turkija pontijiet ewlenija jinsabu magħluqa u ajruplani qed jittajru fil-baxx. Il-Prim Ministru Biali Yildirim aktar kmieni kkundanna azzjoni illegali minn dak li ddeskriva bħala grupp militari, iżda sostna li ma kienx kolp ta’ stat. Aktar tard però, is-sitwazzjoni qalbet għall-agħar.
Traffiku jinsab wieqaf u hemm rapporti ta’ sparaturi fil-kapitali Ankara. Hemm rapporti wkoll ta’ tiri sparati barra l-kwartieri tal-Pulizija f’istanbul u membri mill-militar huma stazzjonati barra l-ajruport ta’ Istanbul. Kull titjijra ġiet ikkanċellata.
Il-President Recep Tayyip Erdogan huwa irrapportat sigur mill-aġenzija tal-aħbarijiet CNN, iżda m’hemm ebda dettal ieħor provdut.
Mhux magħruf min qed jirrappreżenta dan il-grupp militari.
https://www.youtube.com/watch?v=8LvR8CjHzOI