Grupp ieħor ta’ immigranti ġew rilokati lejn il-Ġermanja.
Dan bħala parti mill-impenn tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea sabiex jieħdu numru ta’ immigranti irregolari li jinsabu f’pajjiżna.
Il-biċċa l-kbira tal-immigranti rilokati huma nisa u tfal u issa ser ikomplu l-proċess tal-ażil fil-Ġermanja.
Fi stqarrija mill-Ministeru għall-Intern ġie spjegat kif minkejja li kien hemm tnaqqis fin-numru ta’ immigranti irregolari li waslu f’pajjiżna fix-xhur li għaddew, il-Gvern kompla jaħdem sabiex iżid in-numru ta’ immigranti irregolari li jiġu rilokati jew irritornati lejn il-pajjiż tal-oriġinu.