Ilbieraħ grupp ieħor ta’ immigranti li waslu Malta abbord l-MV Aquarius fit-tielet ġimgħa ta’ Awwissu telaq minn Malta lejn il-Ġermanja.
Dawn l-immigranti kienu assistiti mill-awtoritajiet lokali, mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Migrazzjoni (IOM) kif ukoll minn uffiċjali mill-Ambaxxata Ġermaniża f’Malta.
Il-proċess ta’ rilokazzjoni li qed isseħħ hija riżultat ta’ ftehim li sar bejn il-Prim Ministru u pajjiżi oħra u li dalwaqt ser tkun konkluża.