F’anqas minn ġimgħa, kmieni dalgħodu, grupp ieħor ta’ immigranti li kienu abbord il-bastimenti Sea Watch 3 u Albrecht Penck, u oħrajn li ddaħħlu Malta fl-aħħar ta’ Diċembru li għadda wara li ġew salvati mill-Forzi Armati Maltin, telqu minn pajjiżna lejn Franza.
L-immigranti kienu assisti mill-awtoritajiet lokali, l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Migrazzjoni, u uffiċjali mill-Ambaxxata ta’ Franza f’Malta.
Dawn il-proċessi ta’ rilokazzjoni huma riżultat ta’ ftehim ad hoc li ntlaħaq bejn il-Kummissjoni Ewropea, Malta u Stati Membri Ewropej oħra, wara s-saga tas-Sea Watch 3 u Albrecht Penck fil-bidu ta’ Jannar ta’ din is-sena.