Grupp ieħor ta’ immigranti ħalla Malta għan-Norveġja tul il-lejl li għadda, wara li ddaħħlu pajjiżna abbord l-MV Lifeline f’Ġunju li għadda. Fost dan il-grupp ta’ immigranti hemm omm u tarbija. L-immigranti kienu mħarsa mill-Awtoritajiet Norveġiżi, wara li dawk Maltin ħadu ħsiebhom bl-aħjar mod possibbli sakemm inżammu hawn Malta.
Intant, il-Belġju, l-Irlanda, u l-Italja kkommettew biex jieħdu gruppi ta’ immigranti li ddaħħlu Malta fuq l-MV Lifeline, skont ftehim fuq inizjattiva tal-Prim Ministru Malti.