Fl-aħħar jiem mijiet ta’ immigranti kienu salvati mill-awtoritajiet Libjani u ddaħħlu lura lejn il-Libja.
Min-naħa l-oħra immigranti li ġew salvati minn fuq dinghy fl-ibħra Maltin ittellgħu fuq il-Captain Morgan. Kienu biss disat itfal u tmintax-il mara li ddaħħlu f’pajjiżna.
L-aħħar grupp li tela’ fuq il-Captain Morgan kien fuq dinghy ta’ madwar 90 ruħ li kien se jegħreq fl-ibħra Maltin. Il-Forzi Armati ta’ Malta għamlu s-salvataġġ qabel ittieħdet id-deċiżjoni li dawn l-immigranti imbagħad imorru wkoll fuq il-Captain Morgan.
Intant, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo rringrazzja lill-awtoritajiet Libjani li nterċettaw vapuri mimliha b’immigranti irregolari fi triqthom lejn Malta.