Grupp ieħor ta’ immigranti ħallew Malta lejn Franza hekk kif kien miftiehem.
Dwar il-każ tal-vapur Aqurius kien hemm qbil wara li l-Gvernijiet ta’ Franza u Malta ħadu l-inizjattiva konġunta biex isolvu s-sitwazzjoni li kienet qed tiżviluppa fl-ibħra internazzjonali fuq il-vapur li kien qed iġorr 58 persuna nhar il-25 ta’ Settembru 2018.
Fi stqarrija, il-Gvern Malti kien qal li l-persuni abbord l-MV Aquarius se jiġu żbarkati fuq lanċa tal-Forzi Armati Maltin fl-ibħra internazzjonali. Ingħad li l-persuni abbord se jiddaħħlu f’Malta u kollha kemm huma se jħallu l-pajjiż biex b’mod immedjat jitqassmu f’erba’ pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea.
#Migrants from the #Aquarius agreement leaving #Malta for #France confirming #EU Member States can work together -JM pic.twitter.com/WgPxIRpdDL
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) October 9, 2018
Ara wkoll: http://www.one.com.mt/2018/09/25/il-kaz-aquarius-hadd-mit-58-immigrant-mhu-se-jibqa-fmalta/