Waqt dokumentarju li xxandar fuq stazzjon Spanjol, l-attakkant ta’ Atletico Madrid Antoine Griezmann ħabbar li kien ser jibqa’ jilgħab mat-tim Madrilen minkejja spekulazzjonijiet li jista’ jingħaqad ma’ Barċellona. It-tim katalan ilu għal dawn l-aħħar xhur juri interess qawwi fil-plejer Franċiż b’mod partikolari l-President ta’ Barċellona Joseph Maria Bartomeu.
Griezmann sostna li xtaq li jiċċara l-futur tiegħu qabel jibdew l-impenji tat-tim nazzjonali Franċiż fit-tazza tad-dinja.
F’Diċembru li għadda, Atletico Madrid irrappurtaw lill-Barċellona għand l-FIFA wara li dawn ippruvaw jikkonvinċu lill-plejer jingħaqad magħhom meta huwa marbut taħt kuntratt ma’ Atletico Madrid sal-2022.