Skont il-kowċ ta’ Atlethico Madrid Diego Simeone il-plejer tas-sena Ewropew kellu jkun l-attakkant ta’ Athletico Madrid u plejer internazzjonali Franċiż Antoine Griezmann.
Dan wara li għal darba oħra l-unur ħadu r-rivali ta’ Real Madrid Cristiano Ronaldo. Griezman u Ronaldo din is-sena iltaqaw f’żewġ finali, dik ta’ Champions League u tal-Euro 2016, fejn Ronaldo d-darbtejn kien ir-rebbieħ.
Il-kowċ tal-Athletico sostna li għalkemm Ronaldo irnexxielu jirbaħ it-tazzi jidher biċ-ċar li l-aħjar plejer fil-ground kien Griezman. Il-Franċiż kien ukoll rebbieħ taż-żarbun tad-deheb waqt l-istess kompetizzjoni tal-Euro 2016.
“Huwa plejer deċisiv, żgur fost l-aqwa tlieta fl-Ewropa”, sostna Simeone.